Festi Malta 2026 huwa l-kalendarju tal-festi Maltin u Għawdxin, fejn tista' ssib id-dati tal-festi li jiġu ċċelebrati fl-irħula u l-ibliet ta' Malta u Għawdex matul is-sena.
Kemm jekk tgħix Malta kif ukoll jekk tkun qed iżżur il-gżejjer tagħna, hawn tista' ssib meta ssir kull festa u tagħżel liema waħda tixtieq tattendi.
Id-dati fil-kalendarju jindikaw il-jum prinċipali tal-festa. Normalment, iċ-ċelebrazzjonijiet ikunu mifruxa fuq diversi jiem, ħafna drabi tul il-ġimgħa ta' qabel il-festa, b'attivitajiet reliġjużi u festi esterni.
🔍
Sib Festa f'Malta jew Għawdex
Fittex festa skont ir-raħal, il-belt, il-qaddis jew l-isem tal-festa.
🔍
Agħżel riżultat biex tmur direttament għall-festa
fil-kalendarju t'hawn taħt.
Want your Malta business to be seen by visitors before they arrive?
Malta Info Guide offers selected website visibility opportunities for hotels, tours, restaurants, attractions, boat trips, transfers and visitor-focused businesses.
Reach travellers while they are planning where to stay, what to do and what to book.
Il-programm jew l-iskeda ta’ dak li jiġri matul il-ġimgħa/jum tal-festa jvarja minn parroċċa jew lokalità għal oħra. Biex issib l-informazzjoni kollha ta’ dak li jiġri fil-ġimgħa tal-festa, normalment ikun hemm programm dettaljat li jinstab fuq il-websajt tal-parroċċa tar-raħal, il-paġna ta’ Facebook jew is-sit tal-każin tal-banda. Dawn id-dettalji huma normalment disponibbli minn madwar ftit ġimgħat qabel sal-jum attwali tal-festa.
Il-logħob tan-nar huwa parti importanti mill-festi Maltin, kemm dak tal-ajru kif ukoll dak tal-art. Jekk tixtieq issir taf aktar dwar din it-tradizzjoni, aqra l-gwida tagħna dwar il-logħob tan-nar f'Malta.
Agħfas hawn biex issib l-ismijiet u x-xhur kollha tal-Festi tar-Raħal Malti skont l-isem tar-raħal.
Sors tal-kalendarju: Id-dati tal-festi f'Malta huma bbażati fuq il-kalendarju ppubblikat mill-Arċidjoċesi ta' Malta, flimkien ma' informazzjoni dwar festi lokali oħra fejn disponibbli.
Il-kalendarju uffiċjali tal-festi għal Malta u Għawdex tal-2027 għadu ma ġiex ippubblikat. Għalissa, id-dati li ssib hawn taħt huma tal-2026. Se naġġornaw il-kalendarju hekk kif joħorġu d-dati uffiċjali tal-2027.
Matul Marzu 2026 jiġu ċċelebrati wkoll id-Duluri u Ħadd il-Palm, b'funzjonijiet reliġjużi u purċissjonijiet f'diversi lokalitajiet ta' Malta u Għawdex.
Matul April 2026, jiġu ċċelebrati wkoll Ħamis ix-Xirka, il-Ġimgħa l-Kbira u Ħadd il-Għid, b'funzjonijiet reliġjużi u purċissjonijiet f'diversi lokalitajiet ta' Malta u Għawdex.
2 – San Duminku, Il-Belt Valletta (Knisja ta' San Duminku)
2 – San Ġużepp, Il-Qala, Għawdex
2 – Madonna ta’ Pompei, Marsaxlokk
2 – Madonna ta’ Lourdes, San Ġwann
6 – Santissimu Salvatur, Ħal-Lija
9 – San Gejtanu, Il-Ħamrun
9 – San Massimiljanu Kolbe, Buġibba
9 – San Lawrenz, San Lawrenz, Għawdex
10 – San Lawrenz, Il-Birgu (Vittoriosa)
15 – Festa ta' Marija Assunta (Festa ta' Santa Marija): L-Imqabba | Il-Qrendi | Il-Mosta | Il-Gudja | H'Attard | Ħal Għaxaq | Ir-Rabat (Victoria) Għawdex | Birkirkara | Ħal-Muxi Ħaż-Żebbuġ
23 – Santa Marija, Ħad-Dingli
23 – San Piju X, Santa Luċija
23 – Sant’Elena, Birkirkara (Knisja ta Sant’ Elena)
23 – Santa Marija Mtellgħa s-Sema, L-Imġarr
23 – Stella Maris, Tas-Sliema (Knisja ta' Stella Maris)
23 – Santa Marija Assunta, Iż-Żebbuġ, Għawdex
23 – Madonna ta’ Lourdes, Raħal Ġdid (Knisja Ta' Lourdes)
23 – Santa Marija ta' Bubaqra, Bubaqra
30 – San Bartilmew, Ħal Għargħur
30 – Madonna ta’ Loreto, Għajnsielem, Għawdex
30 – Il-Konverżjoni ta’ San Pawl, Ħal Safi
30 – San Duminku, Il-Birgu
30 – San Ġużepp, Il-Manikata
30 – Marija Reġina, Il-Marsa (Knisja ta' Marija Reġina)
Il-knisja parrokkjali ta' Ħal Lija mżejna għall-festa
Ibbukkja Il-Biljetti Tieghek Ghal Bejn Malta U Sqallija Issa
Qed tippjana li tivvjaġġa lejn Sqallija jew Malta bil-karozza? Uża Direct Ferries biex tibbukkja l-biljetti tal-laneċ tiegħek issa.
Jekk ir-ritratti hawn mhumiex biżżejjed għandna paġna b'aktar ritratti, agħti ħarsa lejn xi ritratti tal-festi tar-raħal.
Il-festi tar-raħal f'Malta u Għawdex huma parti importanti mill-kultura u t-tradizzjonijiet tagħna. Kull sena, l-irħula u l-ibliet jiċċelebraw il-festi tagħhom b'funzjonijiet reliġjużi, purċissjonijiet, baned, logħob tan-nar u tiżjin fit-toroq.
B'dan il-kalendarju tal-Festi Malta 2026, tista' ssib id-dati tal-festi matul is-sena u tippjana liema waħda tixtieq tattendi.
Trid tixxerja din il-paġna fuq Pinterest? Agħfas hawn!
We are
Albert and Benjamin Magro, two Malta locals who enjoy exploring the island and sharing practical advice with visitors. Our guides combine local knowledge with first-hand visits to Malta's towns, beaches, attractions and accommodation areas. Follow us on Instagram, TikTok, YouTube and Facebook for more Malta tips, photos and videos.
🍺 Enjoyed Our Malta Guide?
If our tips helped you plan your Malta trip, you can say thanks by buying us a Cisk! Your support helps us continue creating and updating our free travel guides.